F’Alabama, aktar minn 23 persuna inkluż tfal tilfu ħajjithom kawża ta’ rwiefen qawwija li jlaħħqu aktar 260 kilometru.
L-awtoritajiet għaddejjin b’ħidma kontinwa biex isalvaw in-nies madankollu, l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ kellhom jieqfu għal xi ħin minħabba l-periklu li jkun hemm meta jidlam. Sa issa għadu mhux magħruf kemm hemm midruba.
L-imwiet ġew ikkawżati minn irwiefen qawwija, li nħolqu minn trombi tal-arja, bin-numru ta’ mwiet mistenni jiżdied.