Wara ġimgħat sħaħ ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija b’assistenza minn Identity Malta, qed jiġu investigati 23 persuna b’rabta ma traffikar ta’ persuni f’pajjiżna.
Dan qalu l-Gvern fi stqarrija li fiha ċaħad l-allegazzjonijiet li l-awtoritajiet setgħu għenu lit-traffikanti fl-attivitajiet illegali tagħhom.
“Il-Gvern jista’ jikkonferma li ma kien hemm l-ebda uffiċjal pubbliku li kien ivolut f’dan il-każ ta’ traffikar u ta’ min isemmi wkoll li individwi ta’ nazzjonalità Ukrena m’għandhomx bżonn Visa sabiex jivjaġġaw Malta u għalhekk ma kellhom ebda bżonn ta’ awtoritajiet Maltin,” spjegat l-istqarrija.
Mir-riżultati ta’ din l-investigazzjoni juri li l-awtoritajiet Maltin qegħdin jiffunzjonaw kif suppost, u li qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.