L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, fil-jiem li għaddew, wasslet għall-arrest ta’ 23 mara u raġel li l-età tagħhom tvarja bejn is-17 u l-45 sena.
Dawn il-persuni, li huma ta’ nazzjonalitajiet differenti qegħdin jiġu investigati fuq akkużi relatati ma’ pussess sempliċi, pussess aggravat u traffikar ta’ sustanzi illegali li jinkludu ecstasy, kokaina, il-ħaxixa u r-raża mill-pjanta tal-kannabis.
Tnejn minn dawn l-arrestati għadhom qed jiġu miżmuma minħabba li nstabu fil-pussess ta’ droga ecstacy u kokaina li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħhom iżda biex tiġi ttraffikata.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha rigward dan u mhux eskluż li wħud minn dawn il-persuni jitressqu b’arrest il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.