Minn tal-inqas 23 persuna tilfu ħajjithom u għexieren indarbu wara li seħħet splużjoni f’fabbrika tal-logħob tan-nar fl-Indoneżja.
In-nar li nħakem wara li seħħet l-isplużjoni beda għall-ħabta tal-4:00 ta’ dalgħodu f’żona industrijali f’Tangeranf qrib Jakarta.
In-nirien ġew ikkontrollati, iżda n-numru ta’ fatalitajiet għadu jrid jiġi kkonfermat.
Rappreżentant għall-Pulizija fl-Indoneżja qal li hemm madwar 43 persuna li sfaw midruba u li ttieħdu f’tliet sptarijiet differenti, u li l-katavri tat-23 vittma nstabu.