Bilqiegħda jħares fil-vojt fuq siġġu oranġjo f’ambulanza, ħafi miksi bin-nugrufun u jimsaħ wiċċu mid-demm.
Dan huwa Omran Daqneesh, tifel ta’ ħames snin li l-filmat tiegħu xxerred fuq il-midja soċjali matul il-jum u ħalla lil bosta ssummati bla kliem. Filmat li juri r-realtà kiefra tas-sitwazzjoni fis-Sirja, fejn dan iċ-ċkejken bla ħtija spiċċa vittma tal-gwerra ċivili Sirjana.
Omran huwa wieħed mill-ħamest’itfal li ndarbu f’offesniva militari f’Aleppo – belt imtertqa bil-gwerra ċivili. Il-ġenituri tiegħu flimkien mat-tliet ħutu huma maħsuba li salvaw l-attakk.
Il-ġlied fil-pajjiż eskala mhux ħażin fl-aħħar ġimgħat, bir-riżultat ta’ ħajjiet innoċenti mitlufa li qed jiżdiedu kull ma jmur.