Il-Konsultazzjoni pubblika dwar il-Patient Charter, li l-Gvern nieda f’April, kienet milqugħa b’mod tajjeb minn membri tal-pubbliku u għaqdiet mhux governattivi, li taw is-suġġerimenti waqt il-perjodu konsultattiv.
Dan il-perjodu għadu kif ġie fi tmiemu, bil-pass li jmiss ikun li tinġabar l-informazjoni kollha u jittieħdu l-passi meħtieġa skont l-interess u l-bżonnijiet tal-pubbliku. Tkellimna ma’ Patricia Galea, direttur tal-istandards fis-saħħa.