“Qegħdin nagħtu opportunita lit-tifla tgħix f’imħabba ta’ familja”
Hekk stqarret magħna Elaine Micallef, li flimkien mal-partner tagħha – ilhom għal dawn l-aħħar sentejn jiffosterjaw tifla ta’ sentejn. Huma ilhom jieħdu ħsieb b’imħabba lit-tifla mindu kienet tarbija ta’ seba ġimgħat.
Il-foster għalina jfisser ħafna li nagħtu opportunità lit-tifla tgħix f’ambjent ta’ familja.
Elaine tistqarr kif il-fostering hija deċizzjoni għaqlija li ħadu bħala koppja, grazzi għall-Appoġġ li preparawhom b’taħriġ essenzjali.
Kont ilni naħdem fis-settur tal-fostering u nara realtijiet ta’ tfal differenti u iddeċidejt li mmorru għall-fostering.
Bħal Elaine Micallef, hemm 220 ġenitur li huma foster parents. B’mitejn u ħamsin tifel u tifla huma fostered.
Is-sibt filgħodu, ġiet organiżżata konferenza dwar il-fostering fejn ġew spjegati aktar l-emendi fil-liġi tal-fostering. Fost l-emendi ewlenin hemm li foster carers ikunu jistgħu jadottaw lit-tfal li jkunu qegħdin irabbu wara għaxar snin. Bidla fil-liġi li mistennija toffri stabbilità lit-tfal li jkunu fil-fostering.
Bħalissa hemm-il fuq minn 30 tifel u tifla li qed jistennew biex jiġu fostered. Filwaqt li hemm 400 tifel u tifla qegħdin jgħixu f’istitut.
Josephine Muscat, Manager fl-Appoġġ responsabbli mill-Fostering, esprimiet ix-xewqa tagħha li aktar koppji ikunu foster parents. Filwaqt li spjegat kif l-Aġenzija Appoġġ tgħin lil dawn il-koppji.
Il-fostering hija xi ħaġa li tagħti opportunità li tfal jgħixu f’familja u jkollhom l imħabba ta’ familja.
Koppji li huma interessati li jiffosterjaw huma mħeġġa li jagħmlu kuntatt mal-Aġenzija Appoġġ.