Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li s-settur tal-avjazzjoni qed isir kontributur ewlieni lill-ekonomija ta’ pajjiżna, li kull ma tmur qed tikber. Qal li qafas leġiżlattiv robust u modern, flimkien ma’ proċedura sempliċi ta’ reġistrazzjoni, sarrfet biex issa hawn aktar minn 220 ajruplan irreġistrat hawn Malta u madwar 30 operatur li għandhom Air Operator’s Certificate Malti.
Il-Ministru ħabbar dan waqt forum bejn awtoritajiet Ewropej tal-avjazzjoni.