Għal din is-sena skolastika, 22 skola u tliet ċentri tal-katekiżmu bbenefikaw minn proġett imħejji mill-Kunsill Reġjonali tal-Lvant.
Dan hekk kif wara ħidma ta’ diversi xhur, 1,200 student/a li jattendu skejjel governattivi, tal-knisja u anke privati, ngħataw stationery sett sostenibbli.
Dan l-istationery sett jinkludi pocket magħmul mill-Jute u Cotton, riga tal-injam, temprina tal-injam, pinna tal-karti, lapes riċiklat, lapes li tiżirgħu u jikber fi pjanti, karti li jinżergħu u tikber fi pjanta u sett ta’ 12-il kulur. Kull klassi ngħatat qasrija magħmula minn materjal riċiklat.
L-għan ta’ dan il-proġett hu biex jinħoloq aktar għarfien dwar l-użu sostenibbli ta’ oġġetti li nagħmlu użu tagħhom ta’ kuljum.
Dan il-proġett mistenni jitfa’ aktar dawl dwar l-użu ta’ prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u kif wieħed għandu jagħmel għażliet aħjar konxjament.