22 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u Environmental Health Officers.
Dan bil-għan biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-315-il spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.
L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.