Fl-Ukrajna, 22 persuna mietu wara li r-Russi sparaq għadd ta’ missili fuq stazzjon ta’ ferrovija.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif dan l-attakk brutali seħħ propju fil-jum li mmarka s-sitt xahar minn mindu r-Russja nvadiet il-pajjiż ġar tagħha.
Tifel ta’ 11-il sena kien wieħed mill-vittmi ta’ dan l-attakk bil-missili.
Kien il-President Ukren Volodymyr Zelensky li ta dettalji dwar dan propju waqt laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Huwa qal kif indarbu wkoll ħamsin persuna.
Intant, ir-Russja sa issa għadha ma kkumentatx dwar dan l-attakk, hekk kif b’mod kontinwu qed tgħid li hija mhiex tattakka postijiet fejn ikun hemm in-nies.