Minn tal-inqas 22 persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu fi splużjoni li seħħet biswit fabbrika ta’ prodotti kimiċi fiċ-Ċina.
Vettura li kienet qed iġġorr il-kimika spodiet waqt li kienet qed tistenna biex tidħol fl-impjant li jinsab fit-Tramuntana tal-kapitali Beijing.
Kawża tal-isplużjoni, 38 trakk u 12-il vettura, li kienu fit-triq li seħħ il-każ, ħadu n-nar.