Tnejn u għoxrin persuna nstabu li kienu qed jgħixu f’Malta b’mod illegali, wara spezzjonijiet kmieni l-Erbgħa filgħodu, fil-Marsa u Ħal Qormi.
L-ispezzjonijiet saru mill-Pulizija u s-Servizzi tad-Detenzjoni f’numru ta’ postijiet. Il-persuni li nstabu qed jgħixu b’mod illegali ġejjin mill-Ghana, il-Gambia, il-Mali, in-Nigeria, is-Somalia, L-Eritrea, il-Kosta tal-Avorju, Sierra Leone u l-Guinea.
Huma ttieħdu lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, u hemm beda l-proċess biex ma jibqgħux fil-pajjiż.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.