Minn tal-inqas 22 persuna tilfu ħajjitom wara li waqa’ ħajt fuqhom waqt li kienu mistednin għall-festin ta’ tieġ fl-Indja.
Il-mistednin kellhom isibu kenn hekk kif kienet nieżla xita qliel, u għalekk daħlu taħt tinda żgħira fejn kawża tal-maltempata waqa’ ħajt fuqhom.
Madwar 26 persuna sfaw midruba waqt dan l-inċident li seħħ f’Bharatpur, f’distrett li jinsab fl-istat ta’ Rajasthan. Fosthom hemm 15-il persuna midruba gravi.