Minn tal-inqas tnejn u għoxrin persuna inqatlu f’żewġ splużjonijiet fil-provinċja ta’ Balochistan lejlet li l-poplu jivvota fl-elezzjoni ġenerali fil-pajjiż.
Fil-midja internazzjonali qiegħed jiġi rrapurtat kif l-ewwel splużjoni seħħet quddiem uffiċċju ta’ kandidat indipendenti u ħalliet erbatax mejta.
It-tieni splużjoni seħħet mija u ħamsin kilometru ‘il bogħod u ħalliet tmien persuni mejta. Għexieren ta’ persuni oħra ndarbu b’konsegwenza ta’ dawn l-isplużjonijiet.
Il-kampanja għal din l-elezzjoni ġenerali kienet ikaraterizzata minn inċidneti vjolenti u akkużi ta’ tbagħbis fil-voti.