Matul is-sena li għaddiet, kien hemm tnejn u għoxrin każ ta’ diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol li ġew irrappurtati lid-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali.
Dan intqal mill-Ministru fll-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela waqt żjara li għamel fil-fabbrika Trelleborg f’Ħal Far, fil-jum kontra d-diskriminizzjoni ffissat mill-Ġnus Magħquda.
Waqt din iż-żjara, il-Ministru Carmelo Abela qal kif il-Gvern qiegħed jaħdem sabiex tkun miġġielda d-diskriminazzjoni.
Qal kif, “Pero imbagħad l-iżjed ħaġa importanti hija li aħna niddefendu on the ground, kif ngħidu lil ħaddiema, b’xi mod jew ieħor jallegaw li għandhom xi diskriminazzjoni. Allura, l-importanza li aħna naħdmu magħhom illi d-dipartiment ikun imħejji tajjeb biex ikollok biżżejjed uffiċjali, mhux biss biex jinvestigaw imma wkoll biss biex jinvestigaw, imma wkoll biex jaraw jekk il-postijiet tax-xogħol huma compliance mal-liġijiet eżistenti.”
Min-naħa tiegħu, id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Trelleborg qal kif din il-kumpanija tħaddan ir-responsabiltà sabiex il-ħaddiema jaħdmu kollha f’ambjent sabiħ. Qal kif fil-kumpanija hemm ħaddiema ġejjin minn dsatax-il pajjiż differenti.
Spjega, “First of all, it starts right at the top, so in other words everything that you do as a leader has to very much project a certain image and therefore, I am very careful of myself, my management and the managers are very careful about anti-discrimination, we have to walk the talk and I believe that is the only way to drive through the organisation.”
Id-Direttur Maniġerjali qal kif matul il-pandemija, l-ħidma tal-kumpanija addattat ruħha, hekk flok ġew manifatturati biċċiet tak-karozzi elettriċi, inħadmu partijiet minn laptops li ntużaw iżjed waqt l-imxija.