22 persuna tilfu ħajjithom u mad-59 oħra indarbu wara bomba suwiċida li seħħet tard it-Tnejn filgħaxija f’Machester Arena fl-Ingilterra.
Fl-Arena kienu għadhom kemm intemmu l-aħħar noti tal-kantanta famuża Ariana Grande hekk kif eluf kienu preżenti jaraw dan il-kunċert. Eluf li uħud minnhom kienu Maltin.
Fuq Twitter il-Prim Ministru ta’ Malta qal li huwa informat li kien hemm il-Maltin fil-kunċert ta’ Manchester u li minn informazzjoni li għandu sa issa ma jidher li ma ndarab ħadd minnhom.
Aware of presence of #Malta nationals during #ManchesterArena concert. Not informed of any casualties among them so far -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) May 23, 2017
ONE.COM.MT tkellem ma’ xhieda fuq il-post li spjegaw li semgħu splużjoni kbira fi tmiem il-kunċert fuq barra tal-arena f’Manchester. Liema splużjoni ħolqot paniku sħiħ fost dawk preżenti. Fil-fatt is-sigurtà ta’ Manchester żdiedet sew, b’mijiet ta’ Pulizija jinsabu fit-toroq biex jipproteġu lir-residenti u t-turisti. Huwa mifhum li kien raġel waħdu li wettaq dan l-attakk u li miet fl-isplużjoni. Fost dawk mejta kien hemm ukoll tfal.