22 arblu minn żmien l-Ingliżi fl-aħħar qegħdin jitneħħew.
Dawn l-arbli kienu jiffurmaw parti mill-istazzjon kostali u għalhekk fl-imgħoddi kellhom skop ta’ komunikazzjoni. llum-il ġurnata spiċċaw ikerrħu wieħed mill-isbaħ postijiet naturali f’Malta. L-arbli kienu wkoll ta’ periklu minħabba l-istat ta’ abbandun tagħhom. Huma mifruxa fuq aktar minn 50,000 metru kwardu ta’ art barra z-zona ta’ żvilupp (ODZ) li għandha wkoll valur ekoloġiku tal-ogħla livell.
Il-Ministru Joe Mizzi żar il-Wied meta kienu qegħdin jiżżarmaw l-arbli. Ittieħdet deċiżjoni li jinżamm arblu wieħed, li se jkun qed jintuża għal skopijiet aktar moderni.