Fi Spanja l-każijiet żdiedu b’1,500 każ fejn telgħu għal 5,700 każ.
Spanja tinsab fit-tieni post fil-lista ta’ pajjiżi l-aktar affettwati, hekk kif l-Italja tinsab l-ewwel post bi ħmistax-il elf każ. Il-Gvern Spanjol mistenni jħabbar lockdown bħala parti minn emerġenza nazzjonali.
Intant fl-Ewropa qed titqies bħala l-epiċentru tal-pandemija globali tal-coronavirus. Dan skond l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa. Kull pajjiż qed ikun imħeġġeġ biex jieħu miżuri aggressivi sabiex jiġu salvati l-ħajjiet. Dan hekk kif ġiet innotata żieda fil-każijiet u fl-imwiet.