Fl-aħħar sigħat, 211-il persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew 119-il każ minn fost 2,571 test.
Dan ifisser li 95.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt 4.6% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 586,434 test.
B’kollox, s’issa, tlaqqmu kontra l-Covid-19 17,767 persuna.
Intant fl-aħħar sigħat, anzjana ta’ 89 sena u anzjan ta’ 77 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.