Fl-istadju tal-Appell ġiet ikkonfermata sentenza ta’ wieħed u għoxrin xahar ħabs għal Terry Muscat minn Bormla. Terry Muscat li fl-istadju tal-Appell ġiet rikonoxxuta bħala appellanta hija magħrufa wkoll bħala Teresino.
Hija nstabet ħatja li fis-sitta ta’ Frar ta’ ħames snin ilu u fil-perjodu ta’ qabel kien qed tittraffika d-droga eroina. Hija nstabet li kellha wkoll fil-pusses tagħha raża tal-kannabis u li deher ċar li din ma kinitx għall-użu personali tagħha.
Fil-Qorti ġie spjegat li Terry Muscat kienet tgħaddi parti mid-droga lil oħtha. L-Imħallef Edwina Grima qablet mas-sentenza tal-ewwel Qorti u rrimarkat li s-sentenza mogħtija tqarreb iżjed lejn il-minimu li segħtet teħel Terry Muscat. .Hija ġiet ordnata tħallas ukoll multa €1,200.