Minn tal-inqas 21 persuna tilfu ħajjithom f’żewġ splużjonijiet fil-kapital tal-Afganistan f’Kabul. Fosthom jinkludu fotografu għall-aġenzija tal-aħbarijiet AFM u għadd ta’ ġurnalisti li kienu qed jirrapportaw minn fuq ix-xena.
L-ewwel attakk seħħ minn fuq mutur fil-ħin ta’ filgħodu fid-distrerr Shashdarak.
Kien proprju madwar 15-il minuta wara, wara li bosta persuni u ġurnalisti nġabru fuq il-post fejn seħħ l-attakk, li seħħet it-tieni splużjoni.
L-AFP ħarġet stqarrija fejn ħabbret li l-fotografu tagħhom, Shah Marai, inqatel waqt dawn l-attakki.
L-istess aġenzija fi Tweet spjegat li t-tieni splużjoni kienet immirata għall-ġurnalisti li kienu fuq il-post.