Minn tal-inqas 21 persuna tilfu ħajjithom wara li spiċċaw maqbuda fil-vetturi tagħom kawża ta’ ħafna borra li niżlet fil-Pakistan.
Aktar minn elf vettura spiċċaw maqbuda hekk kif bosta turisti rħewlha lejn il-villaġġ ta’ Murree biex jaraw il-borra.
Pulizja flimkien ma’ martu u s-sitt itfal tiegħu, kif ukoll familja oħra ta’ ħames membri huma fost il-persuni mejta.
Il-militari qalu kif salvaw madwar tliet mitt persuna li sfaw maqbuda fil-borra.