Grupp ta’ wieħed u għoxrin intraprenditur Malti bdew il-missjoni ta’ negozju fil-Ghana organizzata minn Trade Malta u mmexxija mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
In-negozjanti se jingħataw l-opportunita li jintroduċu l-prodotti u s-servizzi tagħhom f’ dan il-pajjiż bil-għan li jinbnew kuntatti jew saħansitra jkunu stabbiliti fergħat ta’ negozji Maltin fil-kontinent Afrikan.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, li qed jakkompanja d-delegazzjoni stqarr magħna li l-Ghana kumpaniji Maltin, jew kumpaniji ibażati f’ Malta għandhom opportunitajiet kbar f’dan il-pajjiż minħabba l-potenzjal li għadu qed ikun esplorat.