21 persuna inqatlu u 27 persuna oħra indarbu fi ġlied ħdejn il-kapitali tal-Libja, Tripli.
B’reazzjoni għal dan is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti, Mike Pompeo, sejjaħ għal waqfien immedjat tal-ġlied u talab għal taħdidiet.
Aktar kmieni, Nazzjonijiet Magħquda, talbet għall-waqfien mill-ġlied sakemm dawk midruba jiġu evakwati.
Il-forzi tar-ribelli taħt it-tmexxija ta’ Gen Khalifa Haftar avvanzaw mill-Lvant bil-għan li jieħdu Tripli. Il-Prim Ministru Libjan, Fazey al-Serraj, akkużah li qed jipprova jwettaq kolp ta’ stat.