Tmien ħaddiema f’minjiera tal-faħam fiċ-Ċina ġew salvati filwaqt li 21 oħra għadhom maqbuda wara li għargħar qata’ l-provvista tal-elettriku taħt l-art u kawża t’hekk inqatgħet il-komunikazzjoni.
L-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija u l-ħaddiema tas-salvataġġ għadhom qed jipprovaw jippumpjaw l-ilma ‘l barra bit-tama li ma jdumux ma’ jsalvaw lil dawk maqbuda.