L-għawma annwali ta’ Thomas Smith b’risq il-Malta Community Chest Fund li suppost kellha ssir illum f’Ta Sliema kellha tkun ikkanċellata minħabba t-temp li mhux favorevoli.
Il-kumpanija wara li kkonsultat mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ddeċidiet li tipposponi dan l-avveniment minħabba xi periklu li jistgħu jaffaċċjaw l-għawwiema.
Donazzjonijiet miġbura ser jingħataw lill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz ta’ San Anton nhar it-Tnejn 6 ta’ Jannar.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jagħti donazzjoni billi jibgħatu ċekk bil-posta jew inkella jista’ jitrasferixxi flus mill-kont bankarju tiegħu. Aktar informazzjoni dwar dan tista’ tinstab fuq il-paġna ‘Thomas Smith Christmas Annual Christmas Charity Swim’ fuq is-sit soċjali ta’ Facebook.