Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżjorju biex l-2018 tkun is-sena Ewropea għall-patrimonju kulturali fl-2018.
Din hija inizjattiva mmirata biex tqajjem kuxjenza dwar l-istorja u l-valuri Ewropej, filwaqt li saħħaħ is-sens ta’ identità Ewropea. L-għanijiet ewlenin huma li tkun promossa d-diversità kulturali, id-djalogu bejn kulturi differenti u l-għaqda soċjali. Ikun hemm ukoll rikonoxximent lejn il-kontribut tal-patrimonju kulturali fl-ekonomija u f’temi oħra, bħal ngħidu aħna kif tista’ tintuża biex jissolvew kunflitti.
B’reazzjoni, il-Ministru responsabbli mill-kultura u chair tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kultura Owen Bonniċi qal li jilqa’ l-opportunità li jkun iċċelebrat il-patrimonju, u jinsab kburi bl-identità komuni Ewropea.
Fl-istess 2018, il-Belt Valletta se tkun il-belt kapitali Ewropea għall-kultura.