Aktar minn erbgħin fil-mija tas-sidien ta’ negozji li kienu intervistati mill-GRTU dwar l-andament ekonomiku matul l-elfejn u sbatax, qalu li n-negozju tagħhom is-sena li għaddiet mar aħjar mill-elfejn u sittax. Dan filwaqt li ħamsin fil-mija jaħsbu li l-elfejn u tmintax saħansitra se tkun aħjar.
F’dan l-istħarriġ ħadu sehem mitejn sid ta’ negozju f’pajjiżna f’setturi differenti – bħal f’tal-ħwejjeġ, tat-teknoloġija u spiżeriji. Dan f’lokalitajiet differenti fosthom il-Belt Valletta, Tas-Sliema, il-Mosta, in-Naxxar, Raħal Ġdid, il-Ħamrun u bliet u rħula Għawdxin.
Il-maġġoranza tas-sidien, li għandhom bejn sitta u tletin u ħamsa u ħamsin sena, jimpjegaw bejn tnejn u disa’ persuni.