Liġi ġdida fi Franza li tidħol fis-seħħ għada, tagħti d-dritt lill-ħaddiema li wara l-ħin tax-xogħol ma jagħtux każ il-mobajl tagħhom u dak li jirċievu relatat max-xogħol. Dan ifisser li huwa llegali li min iħaddem jobbligak li wara x-xogħol tkompli taħdem.
Din il-liġi, li ġiet introdotta waqt riforma kontroversjali tal-liġi dwar ix-xogħol Franciza, hija l-ewwel tat-tip tagħha madwar id-dinja.
Din il-liġi tobbliga lill-kumpaniji li jimpjegaw aktar minn 50 persuna biex jinnegozzjaw numru ta’ drittijiet mal-impjegati tagħhom meta jiġi mitluba li jaħdmu sigħat żejda minn dawk stabbilliti fil-kuntratt.
L-avukat li jispeċjalizza fil-liġi tax-xogħol saħaq li l-użu tal-ismartphones qed joħloq preċedent fid-dinja tax-xogħol u li t-trasformazzjoni diġitali tolqot direttament elementi tal-kuntratti tax-xogħol, jiġifieri l-post u l-ħin tax-xogħol.