B’informazzjoni u statistiċi mill-ewwel disa’ xhur biss, xjentisti minn madwar id-dinja huma 90% ċerti li l-2016 se taqbeż l-ammont ta’ sħana li fl-2015 bassru li se tagħmel din is-sena.
Skont l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija, it-temperaturi bejn Jannar u Settembru kienu aktar minn grad ogħla minn dak previst, u x-xjentisti jemmnu li t-temperaturi se jibqgħu għolja biżżejjed sal-aħħar tas-sena biex jiksru kull rekord.
Skont l-analiżi tal-Organizzazzjoni, sittax mis-sbatax–il sena l-aktar sħan kienu rreġistrati f’dan is-seklu, bl-unika eċċezzjoni tkun l-1998.