Fl-2016, bdew jaħdmu 30,418 mara, dan skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus. Minn dawn in-nisa kien hemm 8,467 li qatt ma ħadmu qabel, filwaqt li 6,757 irritornaw lura fid-dinja tax-xogħol wara li ma kienux fis-suq tax-xogħol għal madwar sena. Din it-tabella turi dawn in-nisa li qatt ma ħadmu u ta’ dawk li rritornaw lura fid-dinja tax-xogħol.
Nisa | Impjieg Full Time | Impjieg Part Time | Total |
Nisa li qatt ma ħadmu qabel | 4,883 | 3,584 | 8,467 |
Nisa li rritornaw lura fid-dinja tax-xogħol (b’perjodu ta’ inattività tal-anqas ta’ sena) | 2,893 | 3,864 | 6,757 |
Dan spjegah il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, fi tweġiba parlamentari, liema tweġiba turi li l-isforzi tal-Gvern biex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol ħallew il-frott.