Elfejn kilometru minn Nairobi fil-Kenja għal Dar El Salaam fit-Tanzanija. Dan il-vjaġġ li l-parteċipanti ta’ LifeCycle se jkunu qed jaqdfu bir-rota bejn l-14 u t-28 ta’ Lulju 2017.
L-għan ta’ din id-19-il edizzjoni ta’ LifeCycle hu biex tagħmel mod li test magħruf bħala HLA jibda jsir biex jiżgura liema pazjent ikun bl-ogħla ċans li jirnexxi fuqu it-trapjant tal-kilwa disponibbli.
Dan f’każi fejn il-kilwa tiġi mingħand persuna li tkun għadha kemm tilfet ħajjitha.
Fl-istess waqt LifeCycle se tkompli tipprovdi fondi sabiex titkompla riċerka fl-Università dwar il-problemi fil-kliewi.
LifeCycle issa waslet għad-dsatax-il edizzjoni tagħha.
Inizjattiva li bdiet fl-1999, u li l-fundatur taghha Alan Curry f’Jum ir-Repubblika ingħata l-midalja għall-Qadi tar-Repubblika fuq bażi onorarja waqt l-għoti ta’ Ġieħ ir-Repubblika.