200,000 persuna li qegħdin fis-suq tax-xogħol se jkunu qed jerġgħu jirċievu ċ-ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa s-sena d-dieħla.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fejn spjega kif proprju kfi tħabbar ix-xahar li għadda, bdiet titwettaq l-wegħeda li jkomplu jitnaqqsu t-taxxi fuq ix-xogħol.
Spjega kif din il-miżura se tkun qed tiswa lill-Gvern madwar €11.5 miljun fejn eluf ta’ ħaddiema se jkunu qed jerġgħu jibbenefikaw minn din il-miżura.