Kważi 2,000 każ ta’ COVID-19 li ġew irrapportati fl-Iskozja kienu marbuta ma nies li raw il-partiti tal-futbol tal-Euro 2020.
Is-Servizz tas-Saħħa Pubblika Skoċċiż qal li żewġ terzi tal-każijiet kienu nies li vvjaġġaw lejn Londra għal-logħba li l-Iskozja kellha kontra l-Ingilterra fit-18 ta’ Ġunju, jiġifieri, 400 partitarju li kienu fil-grawnd ta’ Wembley għall-partita.
Eluf ta’ partitarji vvjaġġaw xorta waħda lejn Londra minkejja twissijiet biex ma jivvjaġġawx mingħajr biljett. Mal-1,300 persuna minn dawk kollha li rriżultaw pożittiv stqarru li kienu f’Londra għal-logħba.