Aktar minn 2,000 persuna kellhom jevakwaw djarhom fil-gżira Griega ta’ Evia minħabba n-nirien. Ħafna mir-residenti ħarbu bil-baħar mill-gżira hekk kif waslet ukoll konferma li xi żoni tal-gżira nqerdu kompletament.
Din hija l-agħar mewġa ta’ sħana li laqtet il-Greċja fl-aħħar tletin sena, bit-temperaturi qed ilaħħqu l-45 grad. Rapporti qed jgħidu iżda li n-nirien f’Ateni ġew ikkontrollati.
Ritratt: Reuters