Mal-2,000 dar privata nqerdet għalkollox fl-Awstralja f’dawn l-aħħar xhur kawża tan-nirien infernali li ħakmu l-pajjiż, magħrufa bħala bushfires. Fl-istess ħin 25 persuna tilfu ħajjithom kawża tan-nirien.
Bħalissa l-awtoritajiet tas-sigurtà qed jippreparaw rwieħhom kif inhu xieraq hekk kif is-sitwazzjoni mistennija tiggrava.
It-temperaturi madwar il-kontinent mistennija jogħlew din il-ġimgħa, u allura n-nirien se jkompli jinferxu. Il-Kunsill tal-Assigurazzjoni Awstraljan qed ibassar li l-ħsarat s’issa jlaħħqu s-seba’ mitt miljun dollaru Awstraljan, iżda dan l-ammont mistenni jiżdied b’mod sostanzjali.
Miljuni ta’ annimali, fosthom indiġeni, wkoll mietu kawża tan-nirien.
Ritratt: BBC News