Madwar 200 tabib u tabiba talbu lill-Assoċjazzjoni Medika Maltija ta’ Martin Balzan sabiex tlaqqa’ laqgħa urġenti.
It-Times irrappurtat kif it-tobba qalu li jridu jieħdu vot fuq affarijiet li qed iħassbuhom.
Bħalissa l-MAM qed tordna direttivi u li bihom se jbatu l-pazjenti Maltin u Għawdxin. Dab b’rabta mal-ftehim li daħal fih il-Gvern ma’ sptarijiet privati anke sabiex jindirizza waiting lists u joffri servizz mediku lin-nies.
B’rabta ma’ dan il-MAM ma qablitx u ħarġet tattakka lill-Gvern u saħanistra l-President tagħha Martin Balzan telaq mid-diskussjonijiet li kellhom ma’ xulxin.
Il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela dalgħodu fuq ir-radju tal-Knisja akkuża lill-Balzan li qed jagħmel dawn l-azzjonijiet għax ma ħax promozzjoni li ried fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministru fl-aħħar sigħat appella lill-MAM ukoll biex ma tagħmilx affarijiet li bihom se jbatu l-pazjenti, dan anke għax heddet li lesta li tipparalizza l-pajjiż billi jagħlaq iċ-ċentri tas-saħħa.