Zagħzugħ ta’ 25 sena mill-Gzira ġie ordnat jagħmel xogħol fil-komunità wara li ammetta għal akkużi ta’ frodi .
Justin Aquilina kien akkużat li fl-elfejn u sittax u fis-snin ta’ qabel ipprovda kwotazzjonijiet foloz biex jgħin lil Christian Mark Galea jakkwista fondi Ewropej.
Il-Prosekuzzjoni sostniet li l-akkuzat ma kienx se jibbenefika direttament minn dawn il-fondi Ewropej imma għamel dan l-arranġament biex ma jitlifx klijent .
Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Aaron Bugeja ordna lill-akkużat sabiex jagħmel mitejn siegħa xogħol fil-kommunità bil-probation officer trid tagħti rendikont tal-progress li jagħmel l-akkużat kull sitt xhur .