Mal-mitejn miljun persuna fl-Istati Uniti qed jesperjenzaw kesħa xxoqq il-għadam, filwaqt li miljun u ħames mitt elf persuna spiċċaw bla dawl minħabba maltemp kbir li ħakem il-kontinent.
Il-maltemp qed iseħħ fuq medda ta’ art itwal minn tlett elef kilometru, minn Texas sa Quebec, u qed jikkawża problemi kbar b’rabta ma’ trasport madwar l-Istati Uniti, hekk kif tħassru wkoll numru ta’ titjiriet, u t-toroq qed jiffriżaw.
Apparti minn hekk dan il-maltemp ġab miegħu temperaturi estremi, bi bliet Amerikani jesperjenzaw temperaturi li jinżlu sa 45 grad celsius taħt iż-żero, liema temperaturi saħansitra friżaw bosta xmajjar.
Tul l-aħħar jiem, ġew irrapportati wkoll numru ta’ inċidenti b’rabta mal-meltemp, b’wieħed minnhom involva mal-50 vettura, fejn mietu żewġ persuni.