Terremot ta’ qawwa 7.3 heżżeż lir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Iran u l-Iraq u ħalla minn tal-inqas mitejn u wieħed u għoxrin persuna mejta u mal-ħamest elef, sitt mija u sittin midruba.Qiegħed jintqal li sebgħin elf persuna kellhom bżonn xelter ta’ emerġenza wara dan it-terremot, wieħed mill-ikbar din is-sena.
Il-maġġoranza ta’ dawk li mietu kienu mill-provinċja tal-Punent tal-Iran, Kermanshah u seba’ persuni oħra nqatlu f’żoni oħra fl-Iran.
Minn tal-inqas, sitta oħra qed ikunu rrapurtati li mietu fl-Iraq, fejn il-persuni ħarġu fit-toroq fil-kapitali, Baghdad.