L-Università ta’ Kalifornja qablet li tħallas kważi mitejn u ħamsin miljun dollaru lil aktar minn mitejn mara li ġew attakkati sesswalment minn tabib li jaħdem hemm.
Diversi nisa akkużaw lill-Università li ħbew l-abbuż sesswali li beda jsir minn James Heaps fuq pazjenti. Is-Sur Heaps kien ilu jaħdem l-università għal ħamsa u tletin sena sal elfejn u tmintax. L-università ma bdietx tinvestiga l-ilmenti kontra s-Sur Heaps qabel l-2017.
Mijiet ta’ nisa, li wħud minnhom kellhom il-kanċer, qalu ġew abbużati minnu.
L-università qalet li tittama li s-soluzzjoni finanzjarja tipprovdi fejqan għan-nisa involuti.
Is-Sur Heaps qed jiffaċċja wieħed u għoxrin akkuża kriminali ta’ abbuż sesswali kontra seba’ nisa u wieġeb mhux ħati.