Nidħlu minn bieb ta’ garaxx komuni. Iżda, minn warajh qed isir ħafna ġid. Mal-mitejn familja qed tirċievi għajnuna f’forma ta’ provvista ta ikel jew finanzi bis-saħħa tal Muslin Welfare Fund. Tkellimna dwar dan il-fond mal-Imam Musulman f’Malta Muhammed el Sadi.
“Dan l-Islamic Welfare fund twaqqaf fl-1994, fil-bidu l-komunità waqqfet dan il-fond biex ngħinu r-refuġjati mil-Bosnija li ġew fil-pajjiż minħabba l-gwerra hemhekk imbagħad infirex u sar jagħti għajnuna lil kull min għandu bżonn,” qal dan l-Imam
Matul il-jum tas-Sibt żorna dan iċ-ċentru f’Santa Venera fejn rajna bosta persuni jiġbru basket mimli ikel għal-familja tagħhom.
Hu spjega kif hemm mitejn familja li qed jibbenefikaw minn din il-karitża imma mill-inqas kull ġimgħa jiġu ħamsin biex huma jieħdu l-basket tal-ikel. Hu qal li hemm nies li jiġu kull ġimgħa, u hemm nies li jiġu kull ġimgħatejn filwaqt li hemm min li jiġu kull tliet ġimgħat.
Kif wieħed jista jifhem din tista tkun ta spiża għal komunuita Musulmana u hawnekk El Sadi spjegalna li huma jirċievu bosta doazzjonijiet ta ikel u finanzi sabiex ikunu jistgħu jkomplu b’din il-missjoni.
Sostna li minn tal-inqas din tiswa €500 kull ġimgħa u xi drabi tiswa aktar minn hekk.
Wieħed ta min jirrimarka li dan il-fond ma jgħinx biss persuni ta’ nisel Musulman imma jagħti donazzjonijiet finanzjarji lil bosta għaqdiet volontarji oħra.
Hu temm jgħid li jagħtu kontribuzzjoni kull sena lill-Istrina, Puttinu Cares, Dar tal-Providenza u għaqdiet volontarji ta’ karità oħra. Qal li dan il-proġett miftuħ mhux biss għall-Musulmani imma anki għal nies minn reliġjonijiet oħra.