Aktar minn 200 dar inħarqet hekk kif in-nirien fl-Awstralja għadhom qed jippersistu. Minn tal-inqas 43 dar inqerdu f’Gippsland filwaqt li 176 oħra inħarqu f’New South Wales.
Matul il-jum tat-Tlieta eluf ta’ persuni li kienu maqbuda fir-raħal fejn jgħixu u li kien imdawwar bin-nirien, ħarbu lejn bajjiet fil-viċin.
Il-kundizzjonijiet taffew xi ftit u anke t-triq prinċipali f’Victoria li kienet ingħalqet minħabba n-nirien, infetħet għal sagħtejn fil-jum tal-Erbgħa, sabiex in-nies ikollhom ċans jevakwaw. Minkejja dan, fis-sigħat birkin tal-ewwel jum tas-sena, in-nar fl-istat ta’ New South Wales baqa’ jippersisti. In-nirien f’dan l-istat qatel ħames minn nies fl-aħħar jiem fosthom anzjan ta’ 63 sena u żgħażugħ ta’ 29 li mietu waqt li kien qed jippruvaw isalvaw darhom u t-tgħamir tar-razzett.