Mill-anqas 20 turist sfaw maqtula wara li seħħet sparatura f’resort turistiku fl-Indja.
Uffiċjali tal-pulizija qalu li mill-anqas erbat irġiel, deskritti bħala militanti, qabdu jisparaw mill-qrib lejn għexieren ta’ turisti. Huma ġabru mill-anqas 20 ġisem mejjet minn Baisaran Meadow, li jinsab ħames kilometri mill-belt turistika ta’ Pahalgam. Aktar minn tletin oħra kienu feruti b’ħafna minnhom bi ġrieħi gravi.
Il-pulizija iddiskrivew l-attakk bħala wieħed terroristiku u attribwewh għall-militanti li qed jiġġieldu kontra t-tmexxija Indjana fejn dan kien l-ewwel attakk immirat direttament lejn it-turisti.
Iżda s’issa ħadd għadu ma ħa responsabbiltà għall-attakk u l-pulizija għadhom għaddejjin bit-tfittxija għall-aggressuri.
L-attakk inzerta fl-istess żmien li l-Viċi President Amerikan JD Vance qed jagħmel żjara ta’ erbat ijiem fil-pajjiż. Huwa qiegħed fuq vakanza flimkien mal-familja tiegħu wara li fi tmiem il-ġimgħa żar ukoll il-belt ta’ Ruma fl-Italja.
Baisaran Meadow hija attrazzjoni popolari ħafna li jżuruha mijiet ta’ turisti kuljum.
Rivali b’armi nukleari mill-Indja u l-Pakistan jamministraw parti kull wieħed minn Kashmir iżda t-tnejn li huma jsostnu li t-territorju huwa tagħhom.