Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield ħabbar li d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni rat żieda ta’ 20% fl-impjegati nisa li ġew ingaġġati matul is-sena li għaddiet.
Is-Seretarju Parlamentari Bedingfield, saħaq li n-nisa impjegati li jaħdmu fid-Diviżjoni tat-tindif jokkupaw diversi rwoli, minn ħaddiema tal-id sa pożizzjonijiet fit-tmexxija filwaqt li rringrazzjahom għall-kontibut tagħhom f’dan il-qasam u saħaq li l-Gvern hu kommess ikompli jaħdem biex jassigura rispett u aktar ugwaljanza.
Waqt id-diskussjoni fuq il-mara fid-dinja tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali, ħa sehem ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Genera Workers Union Josef Bugeja u Diane Vella Muscat, id-Direttur tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg fejn ġew diskussi diversi temi fosthom il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, l-importanza tal-attiviżmu tan-nisa u l-involviment fil-qasam tax-xogħol.
Preżenti għad-diskussjoni kien hemm id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni Ramon Deguara, fejn qal l-importanza fiż-żieda tan-nisa fid-Dipartiment għaliex huwa pass importanti għal-aktar diversità u inklużjoni.