Il-ktieb The Spazju Kreattiv Art Collection ta’ Toni Sant huwa l-ktieb li fih jirrakkonta l-għoxrin sena ta’ storja viżiva ta’ spazju kreattiv. Fih jiġbor il-kollezzjoni sinjura ta’ artifatti differenti minn artisti lokali u anke barranin li jinsabu fl-inventarju ta’ Spazju Kreattiv.
Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Spazju Kreattiv, Rupert Cefai, “L-eżerċizzju li sar biex dan il-ktieb jiġi ppublikat kien marbut ma’ dan il-ħsieb li mhux biss qed nikkomemoraw l-istorja sal-lum il-ġurnata. L-istorja ta’ parti mill-istorja tagħna, li hija l-arti kontemporanja, l-arti viżiva imma wkoll huwa preparament ta’ kif ħa nibdew naħdmu fil-futur fuq dan l-aspett ukoll. Jiġifieri, l-futur u l-passat huma ħaġa waħda fil-ħsieb tagħna.”
Id-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv Daniel Azzopardi qal li dan il-proġett huwa maħsub biex iżid l-apprezzament dwar il-wirt ta’ Spazju Kreattiv, u jagħmel il-programmi tagħna aktar aċċessibbli għall-udjenzi usa’
L-awtur ta’ dan il-ktieb Toni Sant esprima s-sodisfazzjon tiegħu hekk kif Spazju Kreattiv qed ifakkar l-imgħoddi, imma wkoll jaħdem qatigħ biex ikompli jagħti spazju lill-arti kontemporanja.
Il-Ministru għall-Arti u l-Wirt Nazzjonali Josè Herrera qal li l-anniversarju ta’ Spazju Kreattiv huwa pass importanti għal din l-entità.
Il-ktieb The Spazju Kreattiv Art Collection huwa disponibbli mill-ħwienet tal-kotba lokali.