F’ċerimonja li ttellgħet nhar is-Sibt li għadda l-Isqof ta’ Għawdex Anton Theuma bierek l-ewwel sular ta’ Dar Arka f’Għajnsielem, fejn hemm jgħixu madwar 20 resident b’diżabbiltà.
F’dan is-sular sar xogħol estensiv li fih inbidlet id-dehra tiegħu b’investiment ta’ €410,000. Issa dawn ir-residenti jistgħu jgħixu f’ambjent aktar komdu u ġdid.
Qabel il-ftuħ ta’ dan is-sular, saret quddiesa ta’ ringrazzjament għas-servizz ta’ fuq 15-il sena li ta Dun Michael J. Galea f’din id-Dar, u ngħatat merħba lid-Direttur il-ġdid Mons. Jimmy Xerri.