Għoxrin persuni ntilfu wara li valanga enormi laqtet lil-Belt ta’ Atami fil-Ġappun.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif bosta djar inqerdu kompletament u ndifnu taħt it-tafal li niżel minn għolja.
Dan l-inċident seħħ wara jiem sħaħ ta’ xita qalila fil-pajjiż.
Għal dan, il-Prim Ministru Ġappuniż qal li waqqaf grupp ta’ emerġenza biex jirrispondi għal dan id-diżastru naturali.