Intemmet ħesrem il-ħajja ta’ għoxrin persuna wara li l-ajruplan li kienu fuqu ġġarraf fil-muntanji Svizzeri.
Sbatax-il passiġġier u tliet membri tal-ekwipaġġ kienu fuq it-titjira tal-linja tal-ajru JU-AIR, li torganizza titjiriet għat-turisti biex jaraw il-pajjiż mill-ajru.
Jidher li l-ajruplan iġġarraf fuq parti ta’ muntanja li tinsab elfejn ħames mija u erbgħin metru ’l fuq mill-baħar.
Il-linja tal-ajru JU-AIR esprimiet id-dispjaċir tagħha għall-aħbar u waqqfet numru tat-telefon apposta għall-qraba tal-vittmi.
Dan filwaqt li ssospendiet titjiriet oħra li kienu skedati fil-jiem li ġejjin.
Il-kawża tat-tiġrif għadha mhix magħrufa.